L-istorja tal-Europass

Fl-1998, il-Kummissjoni Ewropeja u s-Cedefop waqqfu l-forum Ewropew dwar it-trasparenza tal-kwalifiki vokazzjonali sabiex ilaqqgħu l-imsieħba soċjali mar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet tat-taħriġ nazzjonali biex jiddiskutu l-każ ta' trasparenza tal-kwalifiki.

Ix-xogħol tal-forum kien:

Ix-xogħol tal-forum irriżulta fl-iżvilupp ta':

L-Europass inkluda tliet dokumenti oħra, li kienu żviluppati f'livell Ewropew fl-aħħar tas-snin disgħin:

Fis- sena 2002 "working group" tekniku ħa post il-forum Ewropew dwar it-trasparenza tal-kwalifiki vokazzjonali. Il-mandat ta' dan il-'working group', wara talba espressa fid-Dikjarazzjoni ta' Kopenhagen kien dan li ġej: "żieda fit-trasparenza ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ permezz ta' l-implimentazzjoni u razzjonalizzazzjoni tal-għodod ta' l-informazzjoni u netwerks. Dan jinkludi wkoll l-integrazzjoni ta' strumenti eżistenti bħal 'Curriculum Vitae' Ewropew, Supplimenti taċ-Ċertifikati u Diploma, l-Qafas Komuni Ewropew tar-Referenza għall-Lingwi u l-Europass fl-istess qafas uniku."

Sabiex issir din il-biċċa xogħol ambizzjuża, l-'working group' żviluppa mudell għall-qafas uniku u 'website' prototip.

Fil-2003, wara konsultazzjoni estensiva m'awtoritajiet nazzjonali u msieħba soċjali, l-Kummissjoni Ewropeja lestiet proposta għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas waħdieni għat-trasparenza ta' kwalifiki u kompetenzi (Europass), li kienet addottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'Diċembru 2004. Din id-deċiżjoni tipprovdi, fost affarijiet oħra, sabiex titwaqqaf il-'website'.

Agħfas hawn biex taqra t-test tad-deċiżjoni Europass.