Suppliment tad-Diploma

X'inhu

Dokument li jiddeskrivi l-għarfien u l-ħiliet miksuba minn detenturi ta’ lawriji ta’ edukazzjoni ogħla. Eżempji

Dan jinkludi l-informazzjoni diġà nkluża fil-lawriji u d-diplomi uffiċjali, b’hekk jagħmilha iktar faċli biex tinftiehem, speċjalment minn impjegati jew istituzzjonijiet barra mill-pajjiż emittenti.

Għal min hu

Is-Suppliment tad-Diploma jinħareġ lil gradwati ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla flimkien mal-lawrija jew id-diploma tagħhom.

X'mhux

Is-Suppliment tad-Diploma mhux:

  • sostitut tad-diploma jew lawrija oriġinali;
  • sistema awtomatika li tiggarantixxi għarfien tal-kwalifika.

Minn fejn jista’ jinkiseb

Is-Suppliment tad-Diploma jinħareġ mill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla li tkun ħarġet id-diploma jew il-lawrija oriġinali.

Għajnuna Teknika

Aċċess għal din is-sezzjoni huwa ristrett għall-organizzazzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla. Sabiex tikseb 'password' ikkuntattja ċ-Ċentru Nazzjonali Europass tiegħek.