You are here

​Nista' napplika għall-Mobbiltà Europass għal perjodu barra mill-pajjiż bħala <i>au pair</i> jew għal korsijiet lingwistiċi?

Iva.

​Il-Mobbiltà Europass tirreġistra perjodi ta' tagħlim li jsiru barra mill-pajjiż fl-Ewropa.L-applikazzjonijiet tal-Mobbiltà Europass ġeneralment isiru minn skejjel, skejjel vokazzjonali, ċentri ta' taħriġ vokazzjonali, uffiċċji internazzjonali f'istituzzjonijiet akkademiċi, dipartimenti tar-riżorsi umani fil-kumpaniji u universitajiet. Huwa essenzjali li jintlaħqu l-kriterji ta' kwalità stipulati fid-Deċiżjoni Europass għall-perjodu li jsir barra mill-pajjiż.Dawk il-kriterji huma dawn li ġejjin:

  • ftehim bil-miktub bejn l-istituzzjoni ta' oriġini u l-organizzazzjoni destinatarja dwar il-kontenut, il-miri u d-dewmien tal-perjodu tat-tagħlim;
  • preparazzjoni lingwistika xierqa tal-parteċipanti;
  • konsulent espert barra mill-pajjiż li jipprovdi appoġġ u jaġixxi bħala persuna ta' kuntatt;
  • kull wieħed mill-pajjiżi involuti għandu jkun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew pajjiż tal-EFTA/ŻEE.

M’intix issib dak li trid?

95% tal-mistoqsijiet jistgħu jitwieġbu jekk tuża l-għodda tat-tiftix t’hawn taħt.