You are here

Id-dokumenti tal-Europass

Żewġ dokumenti disponibblli b’aċċess liberu:

  • Il-Curriculum vitae jgħinek tippreżenta l-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek b’mod effettiv u ċar. Tista’ toħloq is-CV onlajn tiegħek billi tuża t-tutorials jew tniżżel it-template, l-eżempji u l-istruzzjonijiet.
  • Il-Passaport tal-Lingwa huwa strument ta’ awto-evalwazzjoni għal ħiliet u kwalifiki lingwistiċi. Tista’ toħloq il-Passaport tal-Lingwa onlajn tiegħek billi tuża t-tutorials jew tniżżel it-template, l-eżempji u l-istruzzjonijiet.

Tliet dokumenti maħruġin minn awtoritajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ:

  • Il-Europass Mobility jiġbor l-għarfien u l-ħiliet miksuba f’pajjiż Ewropew ieħor.
  • Is-Suppliment taċ-Ċertifikat jiddeskrivi l-għarfien u l-ħiliet miksuba minn detenturi ta’ ċertifikati ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. Huwa jinkludi l-informazzjoni fiċ-ċertifikat uffiċjali, u jagħmilha iktar faċli biex tinftiehem, speċjalment barra mill-pajjiż.
  • Is-Suppliment tad-Diploma jiddeskrivi l-għarfien u l-ħiliet miksuba minn detenturi ta’ lawriji ta’ edukazzjoni ogħla. Huwa jinkludi l-informazzjoni fil-lawrija uffiċjali, u jagħmilha iktar faċli biex tinftiehem, speċjalment barra mill-pajjiż.