You are here

Avviż legali - Politika lingwistika

L-informazzjoni ta' dan is-sit hija suġġetta għall- ċaħda, għad-dritt ta' l-awtur u regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' protezzjoni ta' data personali.

Ċaħda

Is-Cedefop (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali) iżżomm din il-website biex ittejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politika ta' l-Unjoni Ewropeja in ġenerali. L-għan tagħna huwa li nagħtu informazzjoni eżatta u f'waqtha. Jekk insiru nafu b'xi żbalji nippruvaw nikkoreġuhom.Madankollu Cedefop ma taċċettax responsabbilta' għall-informazzjoni f'dan is-sit.

L-informazzjoni:

  • Hija ta' natura ġenerali biss u mhix intiża li tindirizza l-ebda ċirkostanza partikolari ta' l-ebda individwu jew organizzazzjoni;
  • Mhux bilfors eżawrenti, kompleta, eżatta u f'waqtha;
  • Tista' xi kultant tirreferi għall-siti oħra li s-Cedefop m'għandha l-ebda kontroll fuqhom u li għalhekk m' għandha l-ebda responsabbilta' tagħhom;
  • Ma tagħtix pariri professjonali jew legali (jekk għandek bżonn pariri speċifiċi, għandek tirrikorri għall-għajnuna professjonali).

Ta' min jinnota li m'hemm l-ebda garanzija li dokument on-line huwa kopja eżatta ta' dokument uffiċjali. Hija biss il-ligi ta' l-Unjoni Ewropeja ppublikata f'forma stampata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja li tista' titqies bħala awtentika.

Huwa l-għan tagħna li nippruvaw innaqsu kull inkonvenjent minħabba żbalji tekniċi. Madankollu xi "data" u nformazzjoni f'dan is-sit jistgħu jkunu saru jew ġew strutturati ġo files jew formats li jistgħu jkollhom żbalji, għalhekk ma nistgħux nagħtu garanzija li s-servizz ma jkunx imwaqqaf jew effetwat minn xi problemi bħal dawn. Is-Cedefop ma jaċċettax responsabbilita' ta problemi li jistgħu jinqalgħu minħabba l-użu ta' dan is-sit jew links oħra esterni għal dan is-sit.

Din iċ-ċaħda mhix intenzjonata li tillimita r-responsabbilta' tas-Cedefop f'xi kontravenzjoni ta' regolamenti fil-liġi nazzjonali applikabbli jew teskludi xi responsabbilta' għal xi materji li ma jistgħux jiġux esklużi taħt dik il-liġi.

© Unjoni Ewropea, 2002-2017

Riproduzzjoni hija awtorizzata, sakemm is-sors (© Unjoni Ewropea) u l-indirizz ta' l-internet (http://europass.cedefop.europa.eu) huma indikati, ħlief fejn hemm ndikat mod ieħor

NB: Il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Komunitajiet Ewropej għandhom flimkien id-dritt ta' l-awtur tal-Passaport tal-Lingwa Europass. Riproduzzjoni hija awtorizzata taħt l-istess kondizzjonijiet, sakemm is-sors (© Unjoni Ewropea u Kunsill ta' l-Ewropa) u l-indirizz tal-website (http://europass.cedefop.europa.eu u http://www.coe.int/portfolio) huma ndikati wkoll.

Fejn il-permess irid jintalab qabel ma wieħed jirripproduċi jew juża test u informazzjoni tal-multimedia (ħsejjes, stampi, software, eċċ) dan il-permess jikanċella l-permess ġenerali msemmi aktar 'il fuq u għandu jindika biċ-ċar fejn hemm restrizzjonijiet fl-użu.

Protezzjoni ta' Data Personali

L-Unjoni Ewropeja hija obbligata bil-privatezza ta' min qiegħed juża l-faċilitajiet tagħha.

Il-politika dwar il-protezzjoni ta' l-individwi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar ta' "data" personali mill-istitutzzjonijiet tal-Komunita" hija msejsa fuq Regolament (KE) Numru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000.

Din il-politika ġenerali tkopri l-grupp ta' websajts ta' l-Unjoni Ewropeja fi ħdan id-dominju ta' l-europa.eu.

Għalkemm inti tista' tibbrawżja f'kull wieħed minn dawn il-websajts mingħajr ma tagħti nformazzjoni personali, f'xi każi, informazzjoni personali trid tingħata biex ikollok aċċess għas- servizzi elettroniċi li tixtieq.

Il-websajts li din l-informazzjoni jittrattawha skond il-politika deskritta fir-Regolament msemmi aktar kmieni u jipprovdu informazzjoni dwar kif qed tintuża d-data tiegħek fid-dikjarazzjonijiet speċifiċi dwar il-politika ta' privatezza.

F'dan ir-rigward:

  • Għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur jiddettermina l-għan u l-mod ta' l-ipproċessar tad-data personali u jiżgura li dan qed jaqbel mal-politika ta' privatezza ta' dak is-servizz elettroniku partikolari.
  • F'kull Istituzzjoni, Uffiċjali għall-Protezzjoni tad-Data jiżgura li l-provedimenti tar-Regolament qegħdin jiġu segwiti u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar kif għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom (ara artiklu 24 tar-Regolament)
  • Għall-Istituzzjonijiet kollha, is- Supervajżer tal-Protezzjoni tad-Data Ewropeja jaġġixxi ta' awtorita' superviżjoni indipendenti (ara artikli 41 sa 45 tar-Regolament)

Il-grupp ta' websajts ta' l-istituzzjonijiet fl-Unjoni Ewropeja, fi ħdan id-dominju eu.int, jipprovdu links għall-siti ta' terzi persuni. Minħabba li dawn ma għandnix kontroll fuqhom, nisuġerixxu li taraw il-politika tal-privatezza tagħhom.

X'inhu servizz elettroniku?

Servizz elettroniku fl-Europass huwa servizz jew riżors li tista' tagħmel użu minnu mill-internet biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji fuq naħa waħda u l-istituzzjonijiet Ewropej fuq in-naħa l-oħra.

Tliet tipi ta' servizzi elettroniċi huma offruti jew ser ikunu offruti mill-Europass:

  1. Servizzi ta' informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, lill-media, lin-negozji, lill-amministraturi u lil dawk li għandhom x'jaqsmu ma' deċiżjonjiet, b'aċċess ħafif u effettiv għall-informazzjoni. B'hekk tiżdied it-trasparenza u l-għarfien tal-politika u l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropeja
  2. Servizzi ta' transazzjoni li jagħtu aċċess għall-transazzjonijiet bażiċi ma' l-Unjoni Ewropeja bħal akkwisti, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, applikazzjonijiet għall-eventi, akkwist jew xiri ta' dokumenti, eċċ
  3. Informazzjoni f'dikjarazzjoni ta' privatezza speċifika

Stqarrija ta' privatezza tas-servizz elettroniku tal-Europass

1. X'inhuma s-servizzi elettroniċi offruti mis-sit ta' l-internet tal-Europass?

Il-paġni li fihom tista' toħloq "online" il-Europass CV u l-Passaport tal-Lingwa joffru l-faċilità lil min iżur il-website li jniżżel l-informazzjoni dwaru u mbagħad jirċievi "file" b'din l-informazzjoni fil-format tal-Europass.

Is-servers tal-Europass ma jżżommux rekords ta' KVs, Passaporti tal-Lingwa jew Passaporti tal-Ħiliet Ewropej li ġew ikkreati permezz tal-editur online. Madankollu, fajls li jinsabu fil-Passaporti tal-Ħiliet Ewropej huma maħżuna għall-seba' t'ijiem għal skopijiet ta' backup (per eżempju fil-każ ta problema ta konnessjoni) u huma mbagħad imħassrin b'mogħod permanenti u irrevokabbli.

Jekk viżitatur jagħżel 'Issejvja', jinħoloq "disk file" (eż. CV-2559.doc) ġewwa folder temporanju fis-server tal-Europass. Hekk kif dan il-file jintbagħat lill-viżitatur bl-"HTTP connecton" kurrenti jew jintbagħat b'e-mail f'indirizz li jkun ġie ndikat mill-viżitatur, dan il-file jiġi mħassar għal dejjem b'mod li ma jkunx jista' jinġieb lura.

L-ipproċessar kollu ta' l-informazzjoni mis-servizz elettroniku tal-Europass huwa konformi ma' dak kollu mitlub mir-Regolamenti (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta' l-individwi f'dak li huwa pproċessar ta' informazzjoni personali mill-istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-Komunita' u dwar il-moviment ħieles ta' din l-informazzjoni.

2. X'tip ta' informazzjoni personali niġbru, għaliex tintuża u b'liema mezzi tinġabar?

Għal dawk li jridu jidħlu fis-sit ta' l-internet tal-Europass mhux meħtieġ li tiddaħħal informazzjoni personali. Il-viżitaturi għandhom l-għażla, li jekk jixtiequ jdaħħlu informazzjoni personali u non-personali fil-formoli apposta li hemm fil-paġni 'Oħloq on-line'. Meta jispiċċaw idaħħlu l-informazzjoni, il-viżitaturi jistgħu jagħżlu li jirċievu l-file fil-format tal-Europass. L-għan li xi ħadd idaħħal informazzjoni personali jew informazzjoni oħra huwa biss biex il-viżitaturi jkunu jistgħu joħolqu jew iniżżlu mill-internet u/jew jibgħatu bl-e-mail dokumenti li jkunu fil-format speċifiku tal-Europass.

Informazzjoni bħal L-IP address(Internet Protocol Address), eta', sess, kompetenzi tal-lingwa, esperjenzi ta' xogħol, nazzjonalita' u pajjiż ta residenza huma miġbura u miżmuma għal skopijiet ta' statistika, li jassiguraw l-anonimita'. Dan l-użu ta' statistika tikkonforma mar-Regolament (Kummissjoni Ewropea) N° 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tat-18 ta' Diċembru 2000 fuq il-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tal-informazzjoni personali minn istituzzjonijiet tal-Kommunita' u rigward il-moviment liberu ta' din l-informazzjoni.

Messaġġi li jintbagħtu mill-utenti tal-Europass permezz tal-formola tal-kuntatt, jiġu proċessati permezz tal-Freshdesk, pjattaforma tas-sapport ibbażata fuq il-cloud. Aqra iktar dwar politika ta’ privatezza ta’ Freshdesk.

3. Min għandu aċċess għall-informazzjoni dwarek?

It-tagħrif dwarek qed jiġi pproċessat għal żmien qasir mill-web servers tal-Europass mingħajr ma jarahom jew jipproċessahom ħadd. L-aċċess għas-servers tal-Europass huwa ristrett għall-operaturi tekniċi awtorizzati li jieħdu ħsieb li jagħmlu l-manutenzjoni tas-sistema operattiva u s-software u s-servizzi tal-Europass. Il-kuntratti ta' dawn l-impjegati tekniċi tal-Europass jorbtuhom bil-kunfidenzjalita' biex ma jikxfu l-ebda informazzjoni.

4. Kif nipproteġu u nħarsu l-informazzjoni dwarek?

It-trasmissjoni ta' informazzjoni li sseħħ waqt li jkun qed jintuża s-servizz 'Oħloq on-line' tal-Europass huwa protett minn kull aċċess illegali jew mhux awtorizzat li jista' jsir waqt dan it-trasferiment ta' l-informazzjoni u dan isir permezz tas-sistema magħrufa bħala "SSL (HTTPS) encryption".

NB: Huwa teknikament diffiċli li wieħed japplika s-sistema tal-"encryption" lill-e-mails li jintbagħtu li magħhom ikollhom attaċjat CV kompluta u dokumenti tal-Passaport tal-Lingwa. Għaldaqstant l-e-mails jintbagħtu mingħajr "encryption".

Il-miżuri ta' sigurtà meqjusa "standard" jeżistu għas-sit li fih qed jinżammu s-sewers tal-Europass, jiġifieri s-sistema operattiva tas-servers hija dejjem l-aktar waħda aġġornata u l-istess jingħad għas-software, protezzjoni mill-viruses, "firewall", awditjar regolari tas-sigurta', "scanning" tas-servizzi ta' networking, politika ta' sigurta' ta' l-IT applikata, ittestjar għall-vulnerabilità u sistema ta' ħarsien minn dħul mhux awtorizzat fis-sit.

5. Kif tista' tivverifika, tbiddel jew tneħħi l-informazzjoni dwarek?

Kif imfisser hawn fuq, l-ebda tagħrif personali ma jinżamm b'mod permanenti fis-servers tal-Europass. Viżitaturi jista' jkollhom is-CVs kompluti tal-Europass jew il-Passaport tal-Lingwa fil-kompjuter tagħhom u jagħmlu "upload" għas-server tal-Europass u mbagħad ikomplu biex jivverifikaw, jibdlu jew iħassru kull informazzjoni mid-dokument tal-Europass. Madankollu dak li jsir f'din il-proċedura huwa wkoll temporanju u r-regoli tal-ħarsien imfissra hawn fuq jgħoddu wkoll (ara wkoll Nota 1).

6. Kemm indumu nżommu l-informazzjoni dwarek?

Kif jingħad hawn fuq, fis-servers tal-Europass ma tinżamm b'mod permanenti l-ebda informazzjoni mdaħħla mill-viżitaturi.

7. Informazzjoni dwar lil min tikkuntattja

Inti għandek drittijiet speċifiċi minħabba li inti suġġett għall-informazzjoni dwarek. Jekk inti trid teżerċita d-drittijiet tiegħek, jew għandek xi diffikultajiet jew ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-kontrollur tal-website billi tmur fil-paġna "L-Opinjoni tiegħek" fil-menu ta' fuq tal-websajt tal-Europass.

Dwarek tinġabar biss l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tirċievi tweġiba. Jekk il-kontrolluri tal-website tal-Europass ma jkunux jistgħu jweġbuk, huma jgħaddu l-e-mail tiegħek lil xi servizz ieħor. Inti tiġi nfurmat, permezz ta' e-mail (jekk inti tkun tajt l-indirizz ta' l-e-mail tiegħek), lil liema servizz tkun intbagħtet il-mistoqsija tiegħek. Jekk inti jkollok mistoqsijiet dwar l-ipproċessar ta' l-e-mail tiegħek jew tagħrif personali li jkollu x'jaqsam, kun żgur li tinkludihom fil-messaġġ.

8. Cookies

Biex dan is-sit web jaħdem sew, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ dejta fuq l-apparat tiegħek, magħrufin bħala cookies. Il-biċċa l-kbira tas-siti jagħmlu dan ukoll.

1. X'inhuma l-cookies?

Cookie hija fajl żgħir ta' test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter jew mowbajl tiegħek meta żżur is-sit. Din tippermetti lis-sit web li jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn) matul perjodu ta’ żmien, biex ma jkollokx toqgħod tissettjahom kull darba li terġa’ żżur is-sit jew tibbrawżja minn paġna għal oħra.

2. Kif nużaw il-cookies?

Għadd ta’ paġni tagħna jużaw il-cookies biex jiftakru:

  • il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħas-settings tal-kuntrast tal-kuluri jew id-daqs tat-tipa;
  • jekk diġà weġibt stħarriġ pop-up li jistaqsik jekk il-kontenut kienx utli jew le (biex b'hekk ma tintalabx twieġeb mill-ġdid);
  • jekk tkunx aċċettajtx l-użu tagħna tal-cookies fuq dan is-sit.

Barra minn hekk, xi filmati inkorporati fil-paġni tagħna jużaw cookie biex b’mod anonimu tinġabar statistika dwar kif wasalt hemm u liema filmati rajt.

L-attivazzjoni ta' dawn il-cookies mhix strettament meħtieġa biex is-sit jaħdem iżda jipprovduk b'esperjenza ta' bbrawżjar aħjar. Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost.

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna nikkontrollaw it-tqassim tad-dejta. Dawn il-cookies ma jintużaw għall-ebda għanijiet oħrajn għajr dawk deskritti hawnhekk.

3. Nużaw cookies oħra?

Xi wħud mill-paġni jew siti sekondarji tagħna jistgħu jużaw cookies addizzjonali jew differenti għal dawk deskritti hawn fuq. F'dan il-każ, id-dettalji ta’ dawn se jiġu pprovduti fil-paġna tal-avviżi dwar il-cookies speċifiċi tagħhom. Tista’ tintalab tagħti l-kunsens tiegħek biex taħżen dawn il-cookies.

4. Kif tikkontrolla l-cookies

Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq – għad-dettalji, ara aboutcookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li huma diġà fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-parti l-kbira tal-brawżers biex jimblukkawhom milli jiġu maħżuna. Iżda jekk tagħmel dan, għandu mnejn ikollok toqgħod tissettja l-preferenzi manwalment kull darba li żżur is-sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.

Politika lingwistika

The Europass portal is available in the official languages of:

  • the European Union (Member States, candidate and potential candidate countries (subject to agreement);
  • the European Free Trade Association / European Economic Area (Iceland, Liechtenstein, Norway, Switzerland).