You are here

L-istorja tal-Europass

Fl-1998, il-Kummissjoni Ewropeja u s-Cedefop waqqfu l-forum Ewropew dwar it-trasparenza tal-kwalifiki vokazzjonali sabiex ilaqqgħu l-imsieħba soċjali mar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet tat-taħriġ nazzjonali biex jiddiskutu l-każ ta' trasparenza tal-kwalifiki.

Ix-xogħol tal-forum kien:

  • Sabiex ineħħi x-xkiel għaċ-ċaqlieq bejn pajjiż u ieħor minħabba nuqqas ta' trasparenza fil-kwalifiki vokazzjonali.
  • Sabiex jistimula d-djalogu dwar inizzjattivi, strumenti u istituzzjonijiet li diġa' jeżistu.
  • Sabiex iħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet politiċi diġa' eżistenti
  • Sabiex jikkonsidra inizjattivi ġodda.

Ix-xogħol tal-forum irriżulta fl-iżvilupp ta':

  • Żewġ dokumenti (il-'Curricilum Vitae' Ewropew u s-Suppliment taċ-Ċertifikat).
  • Netwerk ta' Punti ta' Referenza Nazzjonali Vokazzjonali.

L-Europass inkluda tliet dokumenti oħra, li kienu żviluppati f'livell Ewropew fl-aħħar tas-snin disgħin:

  • Is-Suppliment tad-Diploma nħoloq mill-Kummissjoni Ewropeja, il- Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unesco, għall-użu ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla madwar l-Ewropa u f'pajjiżi oħra, sabiex jikkomplimenta l-lawriji li jissuplixxu. L-użu ta' dan is-Suppliment huwa rakkomandat, fost oħrajn mid-Dikjarazzjoni ta' Bologna tal-1999 u mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-2001 dwar mobbilta' fil-komunita' ta' studenti, persuni li qed jitħarrġu, voluntiera, għalliema u dawk li tħarrġu (OJL 215 ta' 9.8.2001); is-Suppliment tad-Diploma qiegħed jikseb għarfien f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla u l-pajjiżi Ewropej qablu li jferrxu aktar l-użu tiegħu. (ara l- Berlin Communiqué of Ministers). It-tfassil u l-użu tas-Suppliment tad-Diploma huma minsuġin mill-qrib mas-Sistema tal-'Credit Transfer' Ewropew.
  • Il-Passaport tal-Lingwa Europass li huwa aċċessibbli f'din il-'website' jagħmel parti mill-Portafoll tal-Lingwa Ewropew, li ġie żviluppat mill-Kunsill ta' l-Ewropa, fejn ċittadini jistgħu jelenkaw il-ħiliet fil-lingwi tagħhom fuq bażi tal-Qafas ta' Referenza Komuni Ewropeja tal-Lingwi.
  • Il-'Europass Mobility' li huwa aċċessibbli f'din il-'website' ħa post il-'Europass Training' li kien stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/51/KE tal-Kunsill u li sar aċċessibbli fl-2000.Il-'Europass Training' kien dokument li jelenka esperjenzi ta' 'placements' fuq xogħol lil hinn minn pajjiżek bħala parti minn inizjattiva ta' edukazzjoni jew taħriġ. Aktar minn 100,000 dokument tal-'Europass Training' inħarġu fis-snin 2000-2004. Il-'Europass Mobility' għandu skop usa' billi jista' wkoll jelenka esperjenzi differenti minn 'placements' ta' xogħol, per eżempju żmien barra mill-pajjiż bi skop akkademiku.

Fis-sena 2002 "working group" tekniku ħa post il-forum Ewropew dwar it-trasparenza tal-kwalifiki vokazzjonali. Il-mandat ta' dan il-'working group', wara talba espressa fid-Dikjarazzjoni ta' Kopenhagen kien dan li ġej:"żieda fit-trasparenza ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ permezz ta' l-implimentazzjoni u razzjonalizzazzjoni tal-għodod ta' l-informazzjoni u netwerks. Dan jinkludi wkoll l-integrazzjoni ta' strumenti eżistenti bħal 'Curriculum Vitae' Ewropew, Supplimenti taċ-Ċertifikati u Diploma, l-Qafas Komuni Ewropew tar-Referenza għall-Lingwi u l-Europass fl-istess qafas uniku."

Sabiex issir din il-biċċa xogħol ambizzjuża, l-'working group' żviluppa mudell għall-qafas uniku u 'website' prototip.

Fil-2003, wara konsultazzjoni estensiva m'awtoritajiet nazzjonali u msieħba soċjali, l-Kummissjoni Ewropeja lestiet proposta għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas waħdieni għat-trasparenza ta' kwalifiki u kompetenzi (Europass), li kienet addottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'Diċembru 2004. Din id-deċiżjoni tipprovdi, fost affarijiet oħra, sabiex titwaqqaf il-'website'.

Agħfas hawn biex taqra t-test tad-deċiżjoni Europass.

Frar 2005: Tnedija uffiċjali tas-sit elettroniku ta' Europass f'konferenza li seħħet ġewwa il-Lussemburgu, li dak iż-żmien kellha l-presidenza tal-UE.

Diċembru 2011:Il-website Europass tiġi radikalment mibdulha, u tingħata identità grafika u moderna. Is-sit b'hekk beda jipprovdi aċċess malajr għall l-aktar informazzjoni popolari.

Diċembru 2012:

- a Ġie mniedi furmat ġdid tal-KV Europass u editur online. Dan it-titjib jinkludi:

  • furmat online aktar faċli biex jintuża mill-utent b'visualità diretta tad-dokument finali;
  • titli ġodda: website personali, messagi instantanji, ċertifikat tal-lingwa;
  • tutorials mtejba għall-informazzjoni strutturata aħjar: deskrizzjoni tal-proġetti, konferenzi, pubblikazzjonijiet, etc.;
  • identità grafika ġdida għall leġibilità eħfef tal-KV Europass: font ġdid, użu ta' kulur, titli simplifikati, etc.

- Il-Passport tal-Ħiliet Ewropej ġie mnedi flimkien mal-KV Europass ġdid. Il-Passport tal-Ħiliet Ewropej huwa folder b'użu faċli sabiex jgħin lill-istudenti, ħaddiema jew min qed ifittex xogħol biex jibni personalment, inventarju modulari ta' ħiliet personali u kwalifiki miksuba matul il-ħajja.

Il-Passport tal-Ħiliet Ewropej jista' jkun fieh numru ta' dokumenti (Passaport tal-Lingwi, kopji ta' kwalifikazzjonijiet, attestazzjonijiet ta' impjieg, eċċ). Meta jiġi mehmuż mal-KV Europass, il-Passaport tal-Ħiliet Ewropej issaħħaħ il-KV billi jgħati evidenza tal-ħiliet u l-kwalifiki elenkati.