Livell Ewropew – tabella ta’ l-awto-assessjar

  • FEHIM

    • Smigħ

      • A1

        Kapaċi nifhem kliem familjari u xi frażijiet bażiċi fuqi nnifsi,fuq il-familja tiegħi u fuq l-ambjent ta’ madwari meta n-nies jitkellmu bil-mod u ċar.
      • A2

        Kapaċi nifhem frażijiet u li jintużaw ta’ spiss u li huma relatati ma esperjenzi personali li jolqtu fil qrib il-familja (eż informazzjoni bażika ħafna dwari, ix-xiri, l-ambjent ta’ madwari u l-impjiegi). Kapaċi nifhem il-punt prinċipali f’messaġġi u avviżi qosra, ċari u sempliċi.
      • B1

        Kapaċi nifhem il-punti ewlenin ta’ taħdit ċar dwar temi familjari li niltaqgħu magħhom regolarment fix-xogħol, fl-iskola, waqt il-ħin liberu eċċ. Kapaċi nifhem il-punt ewlieni ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq ir-radju u t-televiżjoni jew temi ta’ interess personali u professjonali meta d-diskors isir bil-mod u ċar.
      • B2

        Kapaċi nifhem taħdidiet u ‘lectures’ twal u nifhem ukoll argumenti kumplessi sakemm it-tema tkun waħda familjari. Kapaċi nifhem il-biċċa l-kbira ta’ l-aħbarijiet u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq it-televiżjoni. Kapaċi nifhem il-biċċa l-kbira ta’ films bil-lingwa ‘standard’.
      • C1

        Kapaċi nifhem taħditiet twal anke meta l-istruttura tas-sentenza ma tkunx ċara u meta  r-relazzjonijiet ikunu biss implikati u ma jkunux spjegati b’mod ċar. Kapaċi nifhem programmi tat-televiżjoni u films mingħajr sforz żejjed.
      • C2

        Ma nsib l-ebda diffikultà biex nifhem kull lingwa mitkellma sew jekk tkun diretta jew imxandra, anke jekk mitkellma bħala lingwa nattiva b’mod mgħaġġel sakemm ikolli ftit taż-żmien biex nidra l-aċċent.
    • Qari

      • A1

        Kapaċi nifhem ismijiet u kliem familjari u sentenzi sempliċi ħafna bħal f’avviżi, f’kartelluni jew f’katalgi.
      • A2

        Kapaċi naqra testi qosra ħafna u sempliċi. Kapaċi nsib informazzjoni speċifika u li tista’ tobsorha f’publikazzjonijiet sempliċi u ta’ kuljum bħal f’reklami, prospetti, menus, u timetables u nista’ nifhem ittri qosra, sempliċi u personali.
      • B1

        Kapaċi nifhem testi li jikkonsistu prinċipalment f’lingwaġġ użat ta’ spiss u ta’ kuljum jew li għandu x’jaqsam ma’ xogħol. Kapaċi nifhem id-deskrizzjoni ta’ avvenimenti, ħsus u xewqat f’ittri personali.
      • B2

        Kapaċi naqra artikli u rapporti li għandhom x’jaqsmu ma’ problemi attwali li fihom il-kittieba jaddottaw attitudnijiet jew opinjonijiet partikulari. Kapaċi nifhem proża letterarja kontemporanja.
      • C1

        Kapaċi nifhem testi twal, kumplessi, fattwali u letterarji u napprezza d-diversità fl-istil. Kapaċi nifhem artikli speċjalizzati u struzzjonijiet tekniċi twal anke meta dawn m’għandhomx x’jaqsmu mal-linja tiegħi.
      • C2

        Kapaċi naqra faċilment kull forma tal-lingwa mitkellma nkluż testi astratti u kumplessi fl-istruttura u fil-lingwa bħal f’'manwali, artikli speċjalizzati u xogħlijiet letterarji.
  • TAĦDIT

    • Taħdit Interattiv

      • A1

        Kapaċi nikkomunika b’mod sempliċi sakemm il-persuna l-oħra hija lesta li tirrepeti jew tbiddel il-kliem u titkellem b’mod inqas mgħaġġel u tgħinni ngħid dak li nkun qiegħed nipprova ngħid. Kapaċi nistaqsi u nwieġeb mistoqsijiet sempliċi fir-rigward ta’ bżonnijiet immedjati jew suġġetti familjari ħafna.
      • A2

        Kapaċi nikkomunika b’xogħlijiet sempliċi u ta’ rutina li jesiġu bdil ta’ nformazzjoni sempliċi u diretta dwar suġġetti u attivitajiet familjari. Kapaċi nagħmel diskors qasir ħafna u soċjali iżda normalment ma nifhimx biżżejjed biex inżomm konverżazzjoni.
      • B1

        Kapaċi niffaċċja ħafna sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu waqt vjaġġ f’post fejn il-lingwa tal-post hi mitkellma u nidħol mhux ippreparat f’konverżazzjoni fuq temi familjari ta’ interess personali jew pertinenti fil-ħajja ta’ kuljum. (eż. familja, passatempi, xogħol, vjaġġar u ġrajjiet kurrenti).
      • B2

        Kapaċi nikkomunika b'mod spontanju li tgħinni nikkomunika man-nies tal-lokal. Kapaċi nieħu parti attiva f’diskussjoni f’kuntest familjari u nsostni u nispjega l-opinjoni tieghi.
      • C1

        Kapaċi nesprimi ruħi b’mod mexxej u spontanju mingħajr ħafna tlaqliq biex insib il-kelma. Kapaċi nuża l-lingwa b’mod flessibli u effettiv għal skopijiet soċjali u professjonali. Kapaċi nifformula ideat u opinjonijiet bi preċiżjoni u norbot b’sengħa l-kontribut tiegħi ma’ dawk ta’ kelliema oħra.
      • C2

        Kapaċi nipparteċipa bla edba sforz żejjed f’kull konverżazzjoni jew diskussjoni u jkolli ħakma tajba ta’ l-espressjonijiet idjomatiċi u tal-lingwa mitkellma. Kapaċi nesprimi ruħi b’mod mexxej u nagħti tifsiriet preċiżi ħafna billi nirristruturha b’mod li ħadd ma jinduna. Jekk insib xi problema naf insib tarfha.
    • Taħdit Produttiv

      • A1

        Kapaċi nuża frażijiet u sentenzi sempliċi biex niddeskrivi fejn noqgħod u n-nies li naf.
      • A2

        Kapaċi nuża serje ta’ frażijiet u sentenzi biex niddeskrivi b’mod sempliċi, il-familja u nies oħra, il-kundizzjonijiet ta’ għijxien, l-edukazzjoni tiegħi u l-impjieg preżenti u l-aktar reċenti.
      • B1

        Kapaċi ngħaqqad frażijiet b’mod sempliċi biex niddeskrivi esperjenzi u avvenimenti, il-ħolm tiegħi, ix-xewqat u l-ambizzjonijiet tiegħi. Kapaċi nagħti raġunijiet u spjegazzjonijiet fil-qosor u nispjega opinjonijiet u pjanijiet. Naf ngħid storja jew nitkellem dwar in-nisġa ta’ ktieb jew ta’ film u niddeskrivi r-reazzjonijiet tiegħi.
      • B2

        Kapaċi niddeskrivi b’mod ċar u dettaljat firxa wiesgħa ta’ suġġetti relatati ma oqsma li jinteressawni. Kapaċi nispjega l-opinjoni tiegħi dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ argumenti varji.
      • C1

        Kapaċi nagħti deskrizzjonijiet ċari u dettaljati ta’ suġġetti kumplessi u ninkorpora temi sekondarji niżviluppa partikolari u nagħlaq b’mod adattat.
      • C2

        Kapaċi noffri deskrizzjoni jew argument b’mod ċar u mexxej fl-istil xieraq għall-kuntest u bi struttura effettiva u loġika li tgħin lis-semmiegħ biex jagħraf u jiftakar il-punti l-aktar importanti.
  • IL-KITBA

    • A1

      Kapaċi nikteb kartolina fil-qosor u b’mod sempliċi biex nibgħat tislijiet meta nkun bi btala. Nista’ nimla formoli b’dettalji personali bħal ismi, in-nazzjonalità u l-indirizz fuq formola ta’ reġistrazzjoni f’lukanda.
    • A2

      Kapaċi nikteb noti u messaġġi qosra u sempliċi. Kapaċi nikteb ittra sempliċi u personali biex nirringrazzja lil xi ħadd għal xi ħaġa.
    • B1

      Kapaċi nikteb test sempliċi u stilistikament konness dwar interessi familjari u personali. Kapaċi nikteb ittri personali li jiddeskrivu esperjenzi u impressjonijiet.
    • B2

      Kapaċi nikteb b’mod dettaljat u ċar fuq suġġetti relatati ma’ l-interessi tiegħi. Kapaċi nikteb esej jew rapport fejn nagħti informazzjoni u raġunijiet biex insaħħaħ jew nikkontradixxi opinjoni partikulari. Kapaċi nikteb ittri u nagħmel enfasi fuq l-importanza personali ta’ avvenimenti u esperjenzi.
    • C1

      Kapaċi nesprimi ruħi b’testi ċari u strutturati u li jesprimu opinjonijiet fit-tul. Kapaċi nikteb dwar suġġetti kumplessi f’ittra, esej jew f’rapport u nagħmel enfasi dwar x’inqis li jkunu l-punti ewlenin. Kapaċi nagħżel stil tajjeb għall-qarrej konċernat.
    • C2

      Kapaċi nikteb test ċar u mexxej bi stil adattat. Kapaċi nikteb ittri kumplessi, rapporti jew artikli li jippreżentaw każ, bi struttura effettiva u loġika li tgħin lill-qarrej jinnota u jiftakar l-punti mportanti. Kapaċi nikteb taqsiriet u xogħlijiet professjonali jew letterarji.