You are here

Dwar l-Europass

X’inhu l-Europass?

Ħames dokumenti li jagħmlu l-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek jinftiehmu b’mod ċar u sempliċi fl-Ewropa:

Żewġ dokumenti disponibblli b’aċċess liberu:
Tliet dokumenti maħruġin minn awtoritajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ:
  • Il-Europass Mobility jiġbor l-għarfien u l-ħiliet miksuba f’pajjiż Ewropew ieħor.
  • Is-Suppliment taċ-Ċertifikat jiddeskrivi l-għarfien u l-ħiliet miksuba minn detenturi ta’ ċertifikati ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. Huwa jinkludi l-informazzjoni fiċ-ċertifikat uffiċjali, u jagħmilha iktar faċli biex tinftiehem, speċjalment barra mill-pajjiż.
  • Is-Suppliment tad-Diploma jiddeskrivi l-għarfien u l-ħiliet miksuba minn detenturi ta’ lawriji ta’ edukazzjoni ogħla. Huwa jinkludi l-informazzjoni fil-lawrija uffiċjali, u jagħmilha iktar faċli biex tinftiehem, speċjalment barra mill-pajjiż.
Netwerk ta’ Ċentri Nazzjonali tal-Europass

L-għan tiegħu

  • Jgħin liċ-ċittadini biex jikkomunikaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom b’mod effikaċi sabiex isibu impjieg jew taħriġ.
  • Jgħin lil min iħaddem biex jifhem il-ħiliet u l-kwalifiki tal-forza tax-xogħol.
  • Jgħin lill-awtoritajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiddefinixxu u jikkomunikaw il-kontenut tal-kurrikula.