Dwar il-Europass

Il-Europass huwa s-sett tiegħek ta’ għodod u informazzjoni online li jgħinek timmaniġġja kull pass tat-tagħlim u l-karriera tiegħek.

L-aktar għodda Ewropea fdata biex timmaniġġja t-tagħlim u l-karriera tiegħek.

Matul l-istudji tiegħek, meta tibda l-ewwel impjieg tiegħek jew meta tfittex sfidi ġodda, il-Europass jippermettilek tikkomunika b’mod effettiv il-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek fl-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi dan is-servizz bla ħlas u b’31 lingwa differenti.

Agħmel il-pass li jmiss fit-tagħlim jew il-karriera tiegħek

Il-Europass jinkoraġġik tieħu l-pass li jmiss fit-tagħlim jew il-karriera tiegħek billi:

  • Jgħinek tirrifletti dwar il-ħiliet u l-esperjenzi attwali tiegħek;
  • Jippreżentak ma’ opportunitajiet imfassal apposta għalik u affidabbli ta’ tagħlim u ta’ xogħol fl-Ewropa kollha;
  • Jissimplifika l-kitba tas-CVs u l-Ittri ta’ Akkumpanjament permezz ta’ templates li jistgħu jiġu editjati;
  • Jipprovdik b’informazzjoni preċiża dwar ix-xogħol u t-tagħlim fl-Ewropa;
  • Jagħtik links għal networks xierqa ta’ appoġġ.

B’dan, il-Kummissjoni Ewropea tappoġġjak biex tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek u ssib opportunitajiet fl-Ewropa kollha li jaqblu mal-ħiliet u l-esperjenzi tiegħek.

 

Man, smiling and pointing at you

L-għodod li jsostnuk fit-tagħlim jew fl-iżvilupp tal-karriera tiegħek

Il-Europass joffri għodod online bla ħlas li jappoġġjaw lill-istudenti, lill-ħaddiema u lil dawk li qed ifittxu xogħol fl-Ewropa. Qabel ma tibgħat applikazzjoni kun ċert li tikkonsulta wħud mill-għodod tagħna:

Informazzjoni affidabbli dwar l-istudju u x-xogħol fl-Ewropa

Il-Europass jipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-istudju u x-xogħol f’pajjiżi Ewropej differenti billi jagħti links għal sorsi Ewropej u nazzjonali rilevanti. Dan jista’ jgħinek issib korsijiet, impjiegi, gwida u appoġġ bil-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek.

Il-kredenzjali diġitali tal-Europass

Il-kredenzjali diġitali tal-Europass huma kredenzjali diġitali legalment ekwivalenti għal ċertifikati stampati. Dawn jippermettu lill-istituzzjonijiet joħorġulek kwalifiki diġitali, li ma jistgħux jiġu ffalsifikati u kredenzjali ta’ tagħlim oħrajn bla ħlas. Dawn il-kredenzjali jintużaw biex tikkwalifika għal pożizzjonijiet ta’ impjieg, kollokamenti f’università u aktar. Bil-Europass, tista’ taħżen u tikkondividi dawn il-kredenzjali b’mod sikur u għalhekk m’għandekx għax tittratta ma’ verżjonijiet stampati taċ-ċertifikati u d-diplomi tiegħek.