Is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat

Għandek kwalifika vokazzjonali, bħal apprendistat jew kors ta’ taħriġ? Is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat jista’ jgħinek turi l-kwalifiki vokazzjonali tiegħek fl-Ewropa b’mod sempliċi u li jinftiehem.

X’inhu s-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat?

Is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat huwa dokument li jipprovdi informazzjoni li tagħmilha eħfef għal min iħaddem u għall-istituzzjonijiet edukattivi biex jifhmu l-kwalifika vokazzjonali tiegħek. Is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat jiddeskrivi:

  • l-iskop tal-kwalifika tiegħek,
  • il-livell tagħha,
  • l-eżiti tat-tagħlim tagħha u
  • informazzjoni dwar is-sistema edukattiva rilevanti.

Meta tapplika f’pajjiż barrani għal impjieg jew korsijiet, jista’ jkun diffiċli biex tispjega x’tgħallimt matul it-taħriġ tiegħek. Dan hu fejn jista’ jgħinek is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat.

Kif tista’ tikseb Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat?

Tista’ tfittex Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat għall-kwalifika vokazzjonali tiegħek fil-bażi tad-data ta’ pajjiżek jew tista’ tikkuntattja l-istituzzjoni tiegħek għal aktar informazzjoni.

Eżempji ta’ Supplementi tal-Europass għaċ-Ċertifikat

Il-kwalifika vokazzjonali tiegħek + is-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat = il-kombinazzjoni perfetta meta tapplika għal impjieg jew kors f’pajjiż Ewropew ieħor.