Is-suppliment għad-Diploma

Għadek kif iggradwajt? Għandek kwalifika ta’ edukazzjoni għolja, bħal lawrja ta’ Baċellerat jew Master? Is-suppliment għad-Diploma jista’ jgħinek turi l-kwalifika tiegħek fl-Ewropa kollha.

X’inhu s-Suppliment għad-Diploma?

Is-Suppliment għad-Diploma hu dokument li jipprovdi informazzjoni li tagħmilha eħfef għal min iħaddem u għall-istituzzjonijiet edukattivi biex jifhmu l-kwalifika vokazzjonali tiegħek.

Meta tapplika f’pajjiż barrani għal impjieg jew korsijiet, jista’ jkun diffiċli biex tispjega x’tgħallimt matul l-istudji tiegħek. Dan hu fejn jista’ jgħinek is-Suppliment għad-Diploma.

X'informazzjoni jkun fih?

Is-Suppliment għad-Diploma jipprovdi informazzjoni dwar il-kisbiet personali tiegħek, inklużi l-krediti tal-kors, il-gradi, u dak li tgħallimt.

Fih informazzjoni li tikkonferma: 

  • it-tip u l-livell tal-kwalifika mogħtija
  • l-istituzzjoni li ħarġet il-kwalifika
  • il-kontenut tal-kors u r-riżultati miksubin
  • id-dettalji tas-sistema edukattiva nazzjonali

Din l-informazzjoni tista’ tagħmilha aktar faċli għal min iħaddem jew għal istituzzjoni edukattiva li tifhem il-kwalifika tiegħek u li tieħu l-pass li jmiss bit-tagħlim u l-karriera tiegħek.

Kif tista’ tikseb is-Suppliment għad-Diploma tiegħek?

Tista’ titlob is-Suppliment għad-Diploma mill-istituzzjoni tal-Edukazzjoni Għolja fejn studjajt.

Il-gradwati f’aktar minn 40 pajjiż għandhom id-dritt li jirċievu s-Suppliment għad-Diploma b’mod awtomatiku, mingħajr ħlas u bi kwalunkwe lingwa Ewropea ewlenija.

Eżempji ta’ Supplementi għad-Diploma

Id-diploma tiegħek + is-suppliment għad-diploma tiegħek = il-kombinazzjoni perfetta meta tapplika għal impjieg jew kors f’pajjiż Ewropew ieħor.