Mobbiltà tal-Europass

Jekk lestejt apprendistat jew semestru ta’ studju f’pajjiż ieħor, u qed tfittex mod uffiċjali kif tirreġistra l-esperjenza tiegħek, aħna għandna xi ħaġa li tista’ tinteressak! Il-Mobbiltà tal-Europass hu dokument li jista’ jgħinek turi l-ħiliet li ksibt matul l-esperjenza tiegħek b’mod sempliċi, konsistenti u li jinftiehem.

Il-mobbiltà tfisser dejjem ħiliet ġodda?

Li tqatta’ xi żmien f’pajjiż ieħor hu mod tajjeb kif titgħallem dwar kulturi ġodda u tiżviluppa ħiliet ġodda permezz ta’ firxa ta’ esperjenzi differenti. Il-Mobbiltà tal-Europass tgħinek tiġbor u tikkomunika dawk il-ħiliet u l-esperjenzi ġodda ta’ valur miksuba matul it-traineeship, il-volontarjat jew is-semestru ta’ studju f’pajjiż ieħor rikonoxxuti b’mod wiesa’.

Kif tista’ l-Mobbiltà tal-Europass tkun ta’ benefiċċju għalija?

Għall-karriera tiegħek fil-futur hu importanti li tkun tista’ tirrifletti fuq l-esperjenzi li tkun ksibt waqt l-ivvjaġġar, l-istudju u x-xogħol tiegħek barra l-pajjiż u tirreġistrahom.

Il-Mobbiltà tal-Europass hija dokument li tiddeskrivi l-ħiliet li int tiżviluppa f’esperjenza partikolari ta’ mobbiltà. Id-dokument jista’ jinkludi informazzjoni dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħek, il-ħiliet relatati max-xogħol, il-ħiliet diġitali, il-ħiliet organizzattivi u maniġerjali, u l-ħiliet ta’ komunikazzjoni. Dawk il-ħiliet jistgħu jkunu ta’ valur meta tapplika għal impjiegi u korsijiet fil-futur.

Bil-Mobbiltà tal-Europass tiegħek tkun tista’ sempliċiment taġġorna l-profil tal-Europass tiegħek bil-ħiliet u l-informazzjoni minnha u taħżinha fil-Librerija tal-Europass tiegħek.

Kif nista’ nikseb il-Mobbiltà tal-Europass?

Jekk tieħu sehem f’esperjenza ta’ mobbiltà f’pajjiż ieħor u tixtieq tirċievi l-Mobbiltà tal-Europass, se jkollok bżonn tistaqsi lis-sieħeb li bagħtek (l-iskola jew l-istituzzjoni li organizzat il-kollokament tiegħek) biex jirreġistra maċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass f’pajjiżek.

Is-sieħeb li bagħtek u l-organizzazzjoni ospitanti (l-organizzazzjoni jew l-istituzzjoni li se tkun qed iżżur barra l-pajjiż) se jlesti d-dokumenti rilevanti.

Int tirċievi l-Mobbiltà tal-Europass wara li ttemm l-esperjenza tiegħek barra l-pajjiż.

Eżempji tal-Mobbiltà tal-Europass