In-netwerk ENIC (Netwerk ta' Ċentri ta' l-Informazzjoni Ewropew) huwa ffurmat miċ-ċentri nazzjonali ta' l-informazzjoni. L-għan ta' dawn iċ-ċentri huwa li jipprovdu informazzjoni u pariri dwar:
- l-għarfien ta' diplomi barranin, lawrji u kwalifiki akkademiċi professjonali oħra;
- sistemi edukattivi f'pajjiżi Ewropej oħra jew dawk ta' pajjiżek stess;
- opportunitajiet għal studji barra pajjiżek, fosthom tagħrif dwar skemi ta' self u "scholarships", kif ukoll dwar mistoqsijiet prattiċi li għandhom x'jaqsmu mal-mobbilta' u ekwivalenza.
In-netwerk NARIC (Ċentri Nazzjonali ta' Rikonoxxenza Akkademika) twaqqaf fl-1984. L-għan tan-network huwa li jtejjeb l-għarfien akkademiku ta' diplomi u perjodi ta' studju fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja, taż-Żona Ekonomika Ewropeja u tal-pajjiżi taċ-Ċentru u l-Lvant ta' l-Ewropa.