You are here

Għandi bżonn nimla l-intestaturi kollha tas-CV?

Le

Iffoka fuq l-informazzjoni li hija ta' benefiċċju għall-applikazzjoni tiegħek. Jekk timla s-CV tiegħek billi tuża l-għodda onlajn, il-kaxxi li jitħallew vojta ma jintwerewx fuq l-aħħar dokument

1. Ikkonċentra fuq l-affarijiet essenzjali

  • Ġeneralment, min iħaddem idum inqas minn minuta jaqra CV qabel ma jiddeċiedi li jirrifjutaha.
  • Jekk tapplika għal post vakanti li jkun reklamat, dejjem żgura ruħek li tkun konformi għal kollox ma' kull proċess tal-applikazzjoni.
  • Kun konċiż/a: żewġ paġni A4 huma ġeneralment aktar minn biżżejjed, irrispettivament mill-edukazzjoni jew l-esperjenza tiegħek.
  • L-esperjenza tax-xogħol tiegħek hija limitata? Iddeskrivi l-edukazzjoni u t-taħriġ tiegħek l-ewwel; enfasizza attivitajiet ta' volontarjat u placements jew apprendistati.

2. Kun ċar/a u konċiż/a

  • Uża sentenzi qosra. Evita clichés. Ikkonċentra fuq l-aspetti relevanti tat-taħriġ tiegħek u l-esperjenza tax-xogħol.
  • Agħti eżempji speċifiċi. Ikwantifika l-kisbiet tiegħek.
  • Aġġorna s-CV tiegħek hekk kif tiżviluppa l-esperjenza tiegħek.

3. Dejjem adatta s-CV tiegħek biex tkun adattata għall-post li qed tapplika għalih

  • Enfasizza fuq il-punti tajbin tiegħek skont il-bżonnijiet ta' min iħaddem u ffoka fuq il-ħiliet li jaqblu mal-impjieg.
  • Spjega kwalunkwe pawża fl-istudji jew fil-karriera tiegħek u agħti eżempji ta' xi ħiliet trasferibbli li jista' jkollok u li tkun tgħallimt matul il-waqfa tiegħek.
  • Qabel ma tibgħat is-CV tiegħek lil min iħaddem, iċċekkja mill-ġdid li tikkorrispondi mal-profil meħtieġ.
  • Tneffaħx is-CV tiegħek b'mod artifiċjali; jekk tagħmel hekk, x'aktarx li jindunaw waqt l-intervista.

4. Oqgħod attent għall-preżentazzjoni tas-CV tiegħek

  • Ippreżenta l-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek b'mod ċar u loġiku, sabiex il-vantaġġi tiegħek jispikkaw.
  • Agħti l-aktar informazzjoni relevanti l-ewwel.
  • Oqgħod attent għall-ortografija u l-punteġġjatura.
  • Stampa s-CV tiegħek fuq karta bajda.
  • Żomm it-tipa u t-tqassim suġġeriti.

5. Iċċekkja s-CV tiegħek ladarba tkun imlejtha

  • Tinsiex tikteb ittra ta' akkumpanjament.
  • Ikkoreġi kull żball ortografiku, ukun żgur/a li t-tqassim ikun ċar u loġiku.
  • Staqsi lil xi ħadd ieħor biex jerġa' jaqra s-CV tiegħek sabiex tkun żgur/a li l-kontenut huwa ċar u faċli biex jinftiehem.

M’intix issib dak li trid?

95% tal-mistoqsijiet jistgħu jitwieġbu jekk tuża l-għodda tat-tiftix t’hawn taħt.