You are here

​Nista' napplika għall-Mobilità tal-Europass għal perjodu barra mill-pajjiż bħala<i>au pair</i>jew għal korsijiet lingwistiċi?

Iva.

Il-Mobbiltà tal-Europass tirreġistra perjodi ta' tagħlim li individwu jkun għamel barra mill-pajjiż fl-Ewropa. Ġeneralment, l-applikazzjonijiet tal-Mobbiltà tal-Europass isiru minn skejjel, skejjel vokazzjonali, ċentri ta' taħriġ vokazzjonali, uffiċċji internazzjonali f'istituzzjonijiet akkademiċi u dipartimenti tar-riżorsi umani f'kumpaniji u universitajiet. Huwa essenzjali li l-kriterji ta' kwalità stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Europass għall-perjodu li se jqattgħu barra mill-pajjiż, jintlaħqu. Dawn il-kriterji huma kif ġej:

  • ftehim bil-miktub bejn l-istituzzjoni ta' oriġini u l-organizzazzjoni ospitanti dwar il-kontenut, l-għanijiet u t-tul tal-perjodu ta' tagħlim;
  • preparazzjoni lingwistika xierqa tal-parteċipanti;
  • mentor barra l-pajjiż biex jipprovdi appoġġ u jaġixxi bħala sieħeb ta' kuntatt;
  • kull wieħed mill-pajjiżi involuti għandu jkun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew pajjiż EFTA / ŻEE (flimkien mat-Turkija u l-Kroazja).

M’intix issib dak li trid?

95% tal-mistoqsijiet jistgħu jitwieġbu jekk tuża l-għodda tat-tiftix t’hawn taħt.