You are here

Which Europass documents do I need?

Ħames dokumenti li jagħmlu l-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek jinftiehmu b’mod ċar u sempliċi fl-Ewropa:

Żewġ dokumenti disponibblli b’aċċess liberu:

  • Il-Curriculum vitae jgħinek tippreżenta l-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek b’mod effettiv u ċar.
  • Il-Passaport tal-Lingwa huwa strument ta’ awto-evalwazzjoni għal ħiliet u kwalifiki lingwistiċi.

Tliet dokumenti maħruġin minn awtoritajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ:

  • Il-Europass Mobility jiġbor l-għarfien u l-ħiliet miksuba f’pajjiż Ewropew ieħor.
  • Is-Suppliment taċ-Ċertifikat jiddeskrivi l-għarfien u l-ħiliet miksuba minn detenturi ta’ ċertifikati ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. Huwa jinkludi l-informazzjoni fiċ-ċertifikat uffiċjali, u jagħmilha iktar faċli biex tinftiehem, speċjalment barra mill-pajjiż.
  • Is-Suppliment tad-Diploma jiddeskrivi l-għarfien u l-ħiliet miksuba minn detenturi ta’ lawriji ta’ edukazzjoni ogħla. Huwa jinkludi l-informazzjoni fil-lawrija uffiċjali, u jagħmilha iktar faċli biex tinftiehem, speċjalment barra mill-pajjiż.

M’intix issib dak li trid?

95% tal-mistoqsijiet jistgħu jitwieġbu jekk tuża l-għodda tat-tiftix t’hawn taħt.