You are here

Ma nistax nimporta / nesporta s-CV tiegħi mill-cloud storage.

Kun żgur li int tfejt il-pop-up blockers fil-brawżer tiegħek (ara l-istruzzjonijiet).

Imbagħad erġa' aċċessa l-editur għal darb'oħra, erġa’ tella’ l-paġna (agħfas F5 jew Ctrl + F5), u erġa’ pprova importa / esporta s-CV tiegħek.

Jekk il-problema tippersisti, ibgħat screenshot li turi l-kodiċi tal-iżball u l-messaġġ li tara lit-tim tal-Europass permezz tal-formola ta' kuntatt b'ittra elettronika .

Google Chrome

Fuq il-lemin, fin-naħa ta' fuq tal-brawżer, ikklikkja fuq il-buttuna Ibdel skont il-gosti tiegħek u kkontrolla Menu, imbagħad mur Settings u mur fit-tab tas-Settings.

Fil-qiegħ tal-paġna, ikklikkja fuq il-ħolqa Uri s-settings avvanzati.

Fit-taqsima dwar il- Privatezza , ikklikkja fuq Settings tal-kontenut.

Fl-issettjar tal-Kontenut Pop-ups ikklikkja fuq Immaniġġja l-eċċezzjonijiet.

Fl- Eċċezzjonijiet tal-pop-ups, żid il-URL tal-websajt (https://europass.cedefop.europa.eu), agħżel Ippermetti u kklikkja fuq Magħmul .

Imbagħad iffriska l-paġna bl-użu ta':

  • Ctrl + F5 għall-Windows
  • Apple + R jew command + R għall-Mac
  • F5 għal-Linux

Internet Explorer

Agħżel Għodda (permezz tal-istampa li hemm fuq, f ir-rokna tal-lemin tal-iskrin) imbagħad mur fuq għażliet tal-Internet Privatezza.

Fit-taqsima Privatezza , ikklikkja fuq Settings .

Fis-Settings Pop-up Blocker Settings , żid il-URL tal-websajt (https://europass.cedefop.europa.eu), ikklikkja fuq Żid , imbagħad fuq Agħlaq.

Imbagħad iffriska l-paġna bl-użu ta':

  • Ctrl + F5 għall-Windows
  • Apple + R jew command + R għall-Mac
  • F5 għal-Linux

Edge

Fuq il-lemin, fin-naħa ta' fuq tal-brawżer, ikklikkja fuq Aktar u agħżel Settings .

Imbagħad iffriska l-paġna bl-użu ta':

  • Ctrl + F5 għall-Windows
  • Apple + R jew command + R għall-Mac
  • F5 għal-Linux

Mozilla Firefox

Fuq il-lemin, fin-naħa ta’ fuq tal-brawżer, ikklikkja fuq il-buttuna tal-menu u agħżel Għażliet .

Agħżel pannell Kontenut .

Fil-pannell tal-Kontenut taħt Pop-ups:

Ikklikkja fuq Eċċezzjonijiet biex tiftaħ il-kaxxa tad-djalogu bil-lista ta' siti li inti tixtieq li tippermetti li juruk il-pop-ups.

Fil-kaxxa ta' djalogu, żid il-URL tal-websajt (https://europass.cedefop.europa.eu), ikklikkja fuq Ippermetti , imbagħad fuq Issejvja l-bidliet .

Imbagħad iffriska l-paġna bl-użu ta ':

  • Ctrl + F5 għall-Windows
  • Apple + R jew command + R għall-Mac
  • F5 għal-Linux

Opera 

Fil-parti ta’ fuq tax-xellug tal-brawżer, ikklikkja fuq il-menu Ibdel skont il-gosti tiegħek u kkontrolla u agħżel Settings .

Fit-taqsima Websajts , taħt Pop-ups ikklikkja fuq Immaniġġja l-eċċezzjonijiet .

Fl- eċċezzjonijiet tal-pop-ups , żid il-URL tal-websajt (https://europass.cedefop.europa.eu), agħżel Ippermetti u kklikkja fuq Magħmul .

Imbagħad iffriska l-paġna bl-użu ta ':

  • Ctrl + F5 għall-Windows
  • Apple + R jew command + R għall-Mac
  • F5 għal-Linux

Safari

Agħżel is-settings ġenerali Safari (permezz tal-istampa li hemm fir-rokna ta’ fuq nett tal-iskrin).

Għażliet mhux tajbin Imblokka l-Pop-Up Windows jekk meħtieġ.

Imbagħad iffriska l-paġna bl-użu ta':

  • Ctrl + F5 għall-Windows
  • Apple + R jew command + R għall-Mac
  • F5 għal-Linux

M’intix issib dak li trid?

95% tal-mistoqsijiet jistgħu jitwieġbu jekk tuża l-għodda tat-tiftix t’hawn taħt.