Żviluppa l-ħiliet tiegħek permezz tal-volontarjat

Il-volontarjat jista’ joffrilek esperjenzi u opportunitajiet ta’ sodisfazzjon biex tiżviluppa l-ħiliet tiegħek. Il-Europass jista’ jappoġġjak fl-ippjanar u r-reġistrazzjoni tal-esperjenzi tal-volontarjat tiegħek.

Il-Europass jgħin biex tistabbilixxi mira li ssib esperjenza ta’ volontarjat permezz tal-għodda L-Interessi Tiegħi fil-Europass billi telenka l-pajjiżi fejn int interessat fil-volontarjat, u t-temi jew l-interessi li huma importanti għalik. Tista’ wkoll iżżomm rekord tal-esperjenzi kollha ta’ volontarjat fil-profil tal-Europass tiegħek.

Tista’ tagħżel li tagħmel volontarjat għal kwalunkwe waħda mill-kawżi differenti li huma importanti għalik, kemm jekk f’pajjiżek kif ukoll jekk barra minn pajjiżek, fuq bażi full-time jew part-time. Permezz ta’ volontarjat, jista’ jkollok impatt pożittiv fuq is-soċjetà, tiltaqa’ ma’ nies ġodda u tiżviluppa ħiliet ewlenin bħas-soluzzjoni tal-problemi, ix-xogħol f’tim u l-komunikazzjoni effettiva. Il-volontarjat barra minn pajjiżek joffri wkoll opportunitajiet biex wieħed jitgħallem lingwi ġodda u jiltaqa’ ma’ kulturi u perspettivi ġodda.

Woman smiling friendly and pointing finger at you

Preparazzjoni għall-volontarjat

Ladarba tkun sibt l-opportunità ta’ volontarjat għalik, il-Europass jista’ jgħinek biex tipprepara l-applikazzjoni tiegħek:

Tista’ taqsam il-profil tiegħek tal-Europass direttament ma’ organizzazzjonijiet volontarji biex tgħidilhom aktar dwarek u dwar il-ħiliet tiegħek;

Tista’ tipprepara CV tal-Europass u Ittra ta’ Akkumpanjament b’xejn u mfassla apposta għalik.

Żomm kont tal-ħiliet il-ġodda kollha tiegħek

Peress li l-applikazzjoni hi biss il-bidu tal-vjaġġ, il-Europass joffrilek il-possibbiltà li żżomm kont tal-ħiliet u l-esperjenzi ġodda kollha li ksibt matul il-volontarjat fil-profil tiegħek.

Tista’ żżid taqsimiet ġodda biex tirreġistra l-esperjenza tal-volontarjat tiegħek. Inkludi d-dettalji tal-affarijiet ġodda li tgħallimt, ir-rwol tiegħek u l-organizzazzjoni tal-volontarjat tiegħek. Ehmeż ritratti, ċertifikati u dokumenti oħrajn sabiex l-informazzjoni kollha dwar l-esperjenza tiegħek fil-volontarjat u dwar il-ħiliet tiegħek tkun maħżuna f’post wieħed għar-referenza u l-użu tiegħek fil-futur.