You are here

Avviż legali

L-informazzjoni ta' dan is-sit hija suġġetta għal ċaħda, għad-dritt tal-awtur u regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' protezzjoni ta' informazzjoni personali.

Ċaħda

Is-Cedefop (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali) iżżomm dan is-sit elettroniku biex ittejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politika ta' l-Unjoni Ewropeja in ġenerali. L-għan tagħna huwa li nagħtu informazzjoni eżatta u f'waqtha. Jekk insiru nafu b'xi żbalji nippruvaw nikkoreġuhom.Madankollu Cedefop ma taċċettax responsabbiltà għall-informazzjoni f'dan is-sit.

L-informazzjoni:

  • Hija ta' natura ġenerali biss u mhix intiża li tindirizza l-ebda ċirkostanza partikolari ta' l-ebda individwu jew organizzazzjoni;
  • Mhux bilfors eżawrenti, kompleta, eżatta u f'waqtha;
  • Xi kultant tista' tirreferi għal siti oħra li s-Cedefop m'għandha l-ebda kontroll fuqhom u li għalhekk m' għandha l-ebda responsabbiltà tagħhom;
  • Ma tagħtix pariri professjonali jew legali (jekk għandek bżonn pariri speċifiċi, għandek tirrikorri għall-għajnuna professjonali).

Ta' min jinnota li m'hemm l-ebda garanzija li dokument onlajn huwa kopja eżatta ta' dokument uffiċjali. Hija biss il-ligi ta' l-Unjoni Ewropea ppublikata f'forma stampata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja li tista' titqies bħala awtentika.

Huwa l-għan tagħna li nippruvaw innaqsu kull inkonvenjent minħabba żbalji tekniċi. Madankollu xi data u nformazzjoni f'dan is-sit jistgħu jkunu saru jew ġew strutturati ġo fajls jew formati li jistgħu jkollhom żbalji, għalhekk ma nistgħux nagħtu garanzija li s-servizz ma jkunx imwaqqaf jew effetwat minn xi problemi bħal dawn. Is-Cedefop ma jaċċettax responsabbilità ta' problemi li jistgħu jinqalgħu minħabba l-użu ta' dan is-sit jew links oħra esterni għal dan is-sit.

Din iċ-ċaħda mhix intenzjonata li tillimita r-responsabbilta' tas-Cedefop f'xi kontravenzjoni ta' regolamenti fil-liġi nazzjonali applikabbli jew teskludi xi responsabbiltà għal xi materji li ma jistgħux jiġux esklużi taħt dik il-liġi.

© Unjoni Ewropea, 2002-2020.

Riproduzzjoni hija awtorizzata, sakemm is-sors (© Unjoni Ewropea) u l-indirizz tas-sit elettroniku (http://europass.cedefop.europa.eu) huma indikati, ħlief fejn hemm indikat mod ieħor.

NB: Il-Kunsill tal-Ewropa u l-Komunitajiet Ewropej għandhom flimkien id-dritt tal-awtur tal-Passaport tal-Lingwa tal-Europass. Riproduzzjoni hija awtorizzata taħt l-istess kundizzjonijiet, sakemm is-sors (© Unjoni Ewropea u Kunsill ta' l-Ewropa) u l-indirizz tas-sit elettroniku (https://europass.cedefop.europa.eu u https://www.coe.int/en/web/portfolio) huma indikati wkoll.

Fejn il-permess irid jintalab qabel ma wieħed jirriproduċi jew juża test u informazzjoni multimedia (ħsejjes, stampi, software, eċċ), dan il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi aktar 'il fuq u għandu jindika biċ-ċar fejn hemm restrizzjonijiet fl-użu.

Protezzjoni ta' Informazzjoni Personali

L-Unjoni Ewropea hija obbligata bil-privatezza ta' min qiegħed juża l-faċilitajiet tagħha.

Id-data personali kollha miġbura miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tiġi proċessata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Din il-politika ġenerali tkopri l-grupp ta' siti elettroniċi tal-Unjoni Ewropeja fi ħdan id-dominju tal-europa.eu.

Għalkemm inti tista' tidħol f'kull wieħed minn dawn is-siti elettroniċi mingħajr ma tagħti informazzjoni personali, f'xi każi, xi informazzjoni personali trid tingħata biex ikollok aċċess għas- servizzi elettroniċi li tixtieq.

Lil din l-informazzjoni, is-siti elettroniċi jittrattawha skont il-politika deskritta fir-Regolament imsemmi aktar kmieni u jipprovdu informazzjoni dwar kif qed tintuża l-informazzjoni tiegħek fid-dikjarazzjonijiet speċifiċi dwar il-politika ta' privatezza.

F'dan ir-rigward:

  • Għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollatur jiddettermina l-għan u l-mod tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali u jiżgura li dan qed jaqbel mal-politika ta' privatezza ta' dak is-servizz elettroniku partikolari.
  • F'kull Istituzzjoni, Uffiċjali għall-Protezzjoni tal-informazzjoni jiżguraw li l-provedimenti tar-Regolament qegħdin jiġu segwiti u jagħtu pariri lill-kontrollaturi dwar kif għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom.
  • Għall-Istituzzjonijiet kollha, is-Supervisor tal-Protezzjoni tad-Data Ewropea jaġġixxi ta' awtorità ta' superviżjoni indipendenti.

Il-grupp ta' siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju eu.int, jipprovdu ħoloq għal siti ta' terzi persuni. Minħabba li dawn m' għandniex kontroll fuqhom, nissuġerixxu li taraw il-politika tal-privatezza tagħhom.

X'inhu servizz elettroniku?

Fil-Europass, servizz elettroniku huwa servizz jew riżors li tista' tagħmel użu minnu mill-internet biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji fuq naħa waħda u l-istituzzjonijiet Ewropej fuq in-naħa l-oħra.

Hemm tliet tipi ta' servizzi elettroniċi li huma offruti jew ser ikunu offruti mill-Europass:

  1. Servizzi ta' informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, lill-media, lin-negozji, lill-amministraturi u lil dawk li għandhom x'jaqsmu ma' deċiżjonjiet, b'aċċess ħafif u effettiv għall-informazzjoni. B'hekk tiżdied it-trasparenza u l-għarfien tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropeja
  2. Servizzi ta' transazzjoni li jagħtu aċċess għal transazzjonijiet bażiċi mal-Unjoni Ewropeja bħal ngħidu aħna akkwisti, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, applikazzjonijiet għal attivitajiet, akkwist jew xiri ta' dokumenti, eċċ
  3. Informazzjoni f'dikjarazzjoni ta' privatezza speċifika

Stqarrija ta' privatezza tas-servizz elettroniku tal-Europass

1. X'inhuma s-servizzi elettroniċi offruti mis-sit tal-internet tal-Europass?

Il-paġni li fihom tista' toħloq il-Europass CV onlajn u l-Passaport tal-Lingwa joffru l-faċilità lil min iżur is-sit elettroniku li jniżżel l-informazzjoni dwaru u mbagħad jirċievi fajl b'din l-informazzjoni fil-format tal-Europass.

Is-servers tal-Europass ma jżżommux rekords ta' CVs, Passaporti tal-Lingwa jew Passaporti tal-Ħiliet Ewropej li ġew ikkreati permezz tal-editur onlajn. Madankollu, fajls li jinsabu fil-Passaporti tal-Ħiliet Ewropej huma maħżuna għal sebat ijiem għal skopijiet ta' backup (per eżempju fil-każ ta' problema ta' konnessjoni) u mbagħad jitħassru b'mod permanenti u irrevokabbli.

Jekk viżitatur jagħżel 'Issejvja', jinħoloq disk file (eż. CV-2559.doc) ġewwa folder temporanju fis-server tal-Europass. Hekk kif dan il-fajl jintbagħat lill-viżitatur bl-HTTP connecton kurrenti jew jintbagħat e-mail f'indirizz li jkun ġie indikat mill-viżitatur, dan il-fajl jitħassar għal dejjem b'mod li ma jkunx jista' jinġieb lura.

Jekk viżitatur diġà għandu kont ma’ fornitur tal-Cloud Storage, (dawk li huma aċċettati fil-preżent: Google drive u OneDrive), jista’jidħol għal dak il-fornitur u jagħmel il-possibiltà li jaċċessa s-CVs minn kwalunkwe kompjuter. Prattikament, is-CVs jiġu ssejvjati u jinqraw fuq folder li jkun jismu “Europass” tal-cloud drive li tkun tikkorrespondi.

Barraminnhekk, viżitatur jista’ jagħżel li jippubblika c-CV tiegħu/tagħha direttament fuq portal onlajn tas-CVs u x-xogħlijiet, li jinkludu Xing, Monster, EURES u CV Library. Meta jagħmel dan, wieħed ikun infurmat dwar it-termini ul-kundizzjonijiet tas-servizz magħżul.

L-ipproċessar kollu tal-informazzjoni mis-servizz elettroniku tal-Europass huwa konformi ma' dak kollu mitlub tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

2. X'tip ta' informazzjoni personali niġbru, għaliex tintuża u b'liema mezzi tinġabar?

Għal dawk li jridu jidħlu fis-sit tal-internet tal-Europass, mhux meħtieġ li tiddaħħal informazzjoni personali. Il-viżitaturi għandhom l-għażla li jekk jixtiequ, idaħħlu informazzjoni personali u non-personali fil-formoli apposta li hemm fil-paġni 'Oħloq onlajn'. Meta jispiċċaw idaħħlu l-informazzjoni, il-viżitaturi jistgħu jagħżlu li jirċievu l-fajl fil-format tal-Europass. L-għan li xi ħadd idaħħal informazzjoni personali jew informazzjoni oħra huwa biss biex il-viżitaturi jkunu jistgħu joħolqu jew iniżżlu mill-internet u/jew jibagħtu dokumenti li jkunu fil-format speċifiku tal-Europass bil-posta elettronika.

Informazzjoni bħal eta', sess, kompetenzi tal-lingwa, esperjenzi ta' xogħol, nazzjonalità u l-pajjiż ta' residenza huma miġbura u miżmuma għal skopijiet ta' statistika, u jassiguraw l-anonimità. Dan l-użu ta' statistika tikkonforma tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Reġistri tal-viżitaturi li jkun fihom l-IP address ta’ min ikun żar is-sit, jinżammu għal perjodu ta’ 13 –il xahar għal raġunijiet ta’ sigurtà tat-taknoloġija tal-informatika biex jagħtuna possibiltà li naqdbdu attakki malizzjużi, ksur ta’ sigurtà u attentati ta’ invażjoni. Ir-reġistri jiġu analizzati wkoll mill- AWSTATS biex jipproduċu statistiċi tal-internet (viżti kull pajjiż).

Verżjoni anonima tal-IP address tinżamm minn Matomo. Għal aktar informazzjoni ara hawn taħt. Matomo juża mekkaniżmu li awtomatikament jostor parti mill-IP ta’ kull viżitatur, għaldaqstant jagħmilha impossibbli li jiġi identifikat viżitatur partikolari.

Hash code uniku tal-indirizz elettroniku mdaħħal mill-viżitaturi jinżamm għal raġunijiet ta' statistika, biex jingħadd l-ammont ta’ viżitaturi uniċi matul perjodu ta' żmien. Il-hash code huwa kodifikazzjoni irriversibbli tal-indirizz elettroniku, u huwa matematikament impossibli li wieħed jiddeċifra l-indirizz elettroniku attwali mill-hash code. Il-hash codes jinżammu għal perjodu ta' 13-il xahar.

3. Min għandu aċċess għall-informazzjoni dwarek?

Meta tuża l-editur onlajn tal-Europass, it-tagħrif dwarek qed jiġi pproċessat għal żmien qasir mill-web servers tal-Europass mingħajr ma jarahom jew jipproċessahom ħadd. Ladarba tkun ipproċessata, din l-informazzjoni titħassar immedjatament. L-aċċess għas-servers tal-Europass huwa ristrett għall-operaturi tekniċi awtorizzati li jieħdu ħsieb li jagħmlu l-manutenzjoni tas-sistema operattiva u s-software u s-servizzi tal-Europass. Il-kuntratti ta' dawn l-impjegati tekniċi tal-Europass jorbtuhom bil-kunfidenzjalità biex ma jikxfu l-ebda informazzjoni.

4. Kif nipproteġu u nħarsu l-informazzjoni dwarek?

It-trażmissjoni ta' informazzjoni li sseħħ waqt li jkun qed jintuża s-servizz 'Oħloq on-line' tal-Europass huwa protett minn kull aċċess illegali jew mhux awtorizzat li jista' jsir waqt dan it-trasferiment tal-informazzjoni u dan isir permezz tas-sistema magħrufa bħala "SSL (HTTPS) encryption".

NB: Huwa teknikament diffiċli li wieħed japplika s-sistema tal-"encryption" lil ittri elettroniċi li jintbagħtu u li magħhom ikollhom mehmuża CV kompluta u dokumenti tal-Passaport tal-Lingwa. Għaldaqstant l-ittri elettroniċi jintbagħtu mingħajr "encryption".

Il-miżuri ta' sigurtà meqjusa "standard" jeżistu għas-sit li fih qed jinżammu s-servers tal-Europass, jiġifieri s-sistema operattiva tas-servers hija dejjem l-aktar waħda aġġornata u l-istess jingħad għas-software, protezzjoni mill-viruses, firewall, awditjar regolari tas-sigurtà, scanning tas-servizzi ta' networking, politika ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informatika applikata, ittestjar għall-vulnerabilità u sistema ta' ħarsien minn dħul mhux awtorizzat fis-sit.

5. Kif tista' tivverifika, tbiddel jew tneħħi l-informazzjoni dwarek?

Kif imfisser hawn fuq, l-ebda tagħrif personali ma jinżamm b'mod permanenti fis-servers tal-Europass. Il-viżitaturi jista' jkollhom is-CVs kompluti tal-Europass jew il-Passaport tal-Lingwa fil-kompjuter tagħhom u jagħmlu upload għas-server tal-Europass u mbagħad ikomplu biex jivverifikaw, jibdlu jew iħassru kull informazzjoni mid-dokument tal-Europass. Madankollu, dak li jsir f'din il-proċedura huwa wkoll temporanju u r-regoli tal-ħarsien imfissra hawn fuq jgħoddu wkoll (ara wkoll Nota 1).

6. Kemm indumu nżommu l-informazzjoni dwarek?

Kif jingħad hawn fuq, fis-servers tal-Europass ma tinżamm l-ebda informazzjoni mdaħħla mill-viżitaturi b'mod permanenti.

Europass awtomatikament tħassar ir-reistru tal-viżitaturi wara 13-il xahar (IP addresses).

Awtomatikament, il-Europass iħassar l-e-mail hashes anonimi tal-viżitaturi wara 13-il xahar.

7. Informazzjoni dwar lil min tikkuntattja

Inti għandek drittijiet speċifiċi minħabba li inti suġġett għall-informazzjoni dwarek. Jekk inti trid teżerċita d-drittijiet tiegħek, jew għandek xi diffikultajiet jew ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-kontrollur tas-sit tal-internet billi tmur fil-paġna "L-Opinjoni tiegħek" fl-għażliet ta' fuq is-sit tal-internet tal-Europass.

Dwarek tinġabar biss l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tirċievi tweġiba. Jekk il-kontrolluri tas-sit tal-Europass ma jkunux jistgħu jweġbuk, huma jgħaddu l-indirizz elettroniku tiegħek lil xi servizz ieħor. Inti tiġi nfurmat permezz ta' ittra elettronika (jekk inti tkun tajt l-indirizz elettroniku tiegħek), lil liema servizz tkun intbagħtet il-mistoqsija tiegħek. Jekk inti jkollok mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-indirizz elettroniku tiegħek jew tagħrif personali li jkollu x'jaqsam, kun żgur li tinkludihom fil-messaġġ.

Is-suġġetti tad-data, jistgħu fi kwalunkwe ħin jikkonsultaw mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tal-Informazzjoni taċ-Cedefop () jew jirrikorru għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni.

Biex dan is-sit tal-internet jaħdem sew, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ informazzjoni fuq l-apparat tiegħek, magħrufin bħala cookies. Il-biċċa l-kbira tas-siti jagħmlu dan ukoll.

1. X'inhuma l-cookies?

Cookie hija fajl żgħir ta' test li sit tal-internet jissejvja fuq il-kompjuter jew mowbajl tiegħek meta żżur is-sit. Din tippermetti lis-sit tal-internet li jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn) matul perjodu ta’ żmien, biex ma jkollokx toqgħod tissettjahom kull darba li terġa’ żżur is-sit jew tibbrawżja minn paġna għal oħra.

2. Kif nużaw il-cookies?

Għadd ta’ paġni tagħna jużaw il-cookies biex jiftakru:

  • il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħas-settings tal-kuntrast tal-kuluri jew id-daqs tat-tipa;
  • jekk diġà weġibt stħarriġ, pop-up li jistaqsik jekk il-kontenut kienx utli jew le (biex b'hekk ma tintalabx twieġeb mill-ġdid);
  • jekk tkunx aċċettajtx l-użu tagħna tal-cookies fuq dan is-sit.

L-attivazzjoni ta' dawn il-cookies jipprovduk b'esperjenza ta' browsing aħjar. Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost.

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna nikkontrollaw it-tqassim tal-informazzjoni. Dawn il-cookies ma jintużaw għall-ebda għanijiet oħrajn għajr dawk deskritti hawnhekk.

3. Nużaw cookies oħra?

Aħna nużaw Matomo, servizz analitiku bla ħlas fuq l-internet li jiġbor informazzjoni anonima ta’ min juża s-servizz (eż: speċifikazzjonijiet tal-kompjuter, tip ta’ browser u l-verżjoni, pajjiż minn fejn tkun il-persuna li qed tuża s-servizz, eċċ) biex tintraċċa u tirrapporta t-traffiku tas-sit tal-internet.

Cookies użati minn Matomo jgħinuna nintraċċaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi:

  • IP address(anonimizzat)
  • ID każwali uniku tal-viżitatur, ħin tal-ewwel żjara għal viżitatur speċifiku, ħin taż-żjara ta' qabel għal viżitatur speċifiku, għadd ta' żjarat għal viżitatur speċifiku
  • Data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)
  • Post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u l-lonġitudni approssimattivi (lokazzjoni ġeografika)
  • Lingwa tal-paġna li żar l-utent
  • Il-verżjoni tal-browser, plugins tal-browser (PDF, Flash, Java, ...) il-verżjoni tas-sistema operattiva, l-identifikatur tat-tagħmir (User-Agent header)
  • Avvenimenti
  • Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla (Download)
  • Tfittxija tas-Sit

Meta tuża l-feature tal-Europass biex taqbad ma’ cloud service biex taħżen is-CVs tiegħek, malli tidħol, is-servizz (Google jew Microsoft) jissetja l-cookies tiegħu, u li aħna m’għandna l-ebda kontroll fuqhom. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-istqarrija tal-privatezza u t-termini tal-użu ta’ kull wieħed minn dawn is-servizzi qabel tużahom.

4. Kif tikkontrolla l-cookies

Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq – għad-dettalji, ara aboutcookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li huma diġà fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-parti l-kbira tal-browsers biex jimblukkawhom milli jinħażnu. Iżda jekk tagħmel dan, għandu mnejn ikollok toqgħod tissettja l-preferenzi manwalment kull darba li żżur is-sit u xi servizzi u funzjonijiet jistgħu ma jaħdmux.

5. Karatteristiċi ta’ esklużjoni

B'mod awtomatiku, dawk li jżuru s-sit tal-internet, jiġu traċċati permezz tal-cookie persistenti tal-ewwel parti minn Matomo. Tista’ tagħżel li ma tiġix intraċċat (esklużjoni). Jekk tbiddel fehmtek, tista’ tagħżel li terġa' tiġi ntraċċat.

Meta tagħżel li ma tiġix intraċċat, ma tkunx qed taffettwa l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek fuq siti oħra tal-Europass.

6. Il-preferenza "Tintraċċanix"

"Tintraċċanix" hija teknoloġija li tippermetti lill-viżitaturi jeskludu ruħhom milli jiġu ntraċċati minn siti tal-internet tkun xi tkun ir-raġuni inkluż l-użu ta' servizzi analitiċi, networks ta' reklamar, u pjattaformi soċjali.

Europass jirrispetta l-preferenza tal-viżitaturi u ma jsegwix il-viżitaturi li ma jridux ikunu ntraċċati skont l-għażla tagħhom fil-web browsers. Jekk viżitatur juża browser li għandu funzjoni biex ma jintraċċax lill-istess viżitatur, in-notifika rigward il-cookies tiġi awtomatikament bħala daqslikieku l-viżitatur għażel li joħroġ mill-anaytics.

7. Anonimizzazzjoni tal-IP addresses tal-viżitaturi

Matomo juża mekkaniżmu ta' anonimizzazzjoni tal-IP li awtomatikament jaħbi parti mill-IP (Internet Protocol) ta' kull viżitatur, u b’hekk jagħmilha effettivament impossibbli li jiġu identifikati viżitaturi speċifiċi fuq Europass.

Politika lingwistika

Il-portal tal-Europass huwa disponibbli fil-lingwi:

  • tal-Unjoni Ewropea (Stati Membri, pajjiżi kandidati u pajjiżi li potenzjalment ikunu kandidati (suġġetti għal qbil);
  • taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles / iż-Żona Ekonomika Ewropea (Iżlanda, Liechtenstein, Norveġja u l-Isvizzera).