You are here

Kompetenza diġitali

 

Iddownlowdja

  • Ipproċessar ta' Informazzjoni
    • Użu bażiku

      Nista' nfittex informazzjoni onlajn bl-użu ta' mutur ta' tfittxija. Konxju li mhux l-informazzjoni kollha hija affidabbli. Nista' nissejvja u naħżen fajls u kontenut ieħor (bħal test, stampi, mużika, filmati, u siti onlajn) u nerġa' niksibhom la darba jkunu ssejvjati u maħżuna.

    • Użu indipendenti

      Nista' nagħmel użu minn muturi ta' tfittxija varji. Kapaċi nuża s-sistema ta' filtri meta nkun qed nagħmel ir-riċerka (eżempju tfittxija għall-istampi, filmati, u mapep biss). Kapaċi nikkumpara l-informazzjoni minn sorsi differenti sabiex nevalwa l-affidabbiltà tal-informazzjoni li nsib. Kapaċi nikklassifika l-informazzjoni b'mod metodiku bl-użu ta' fajls u folders sabiex faċilment nkun nista' nillokallizzahom. Kapaċi nagħmel ukoll kopji ta' riżerva (backups) ta' informazzjoni u fajls li nkun issejvjajt.

    • Użu profiċjenti

      Kapaċi nagħmel użu minn strateġiji ta' tfittxija avvanzati (eż bl-użu ta' operaturi tat-tfittix) sabiex insib informazzjoni affidabbli fuq l-Internet. Kapaċi nuża "web feeds" (bħal RSS) sabiex tkun aġġornata b'kontenut li interessat fih. Kapaċi nevalwa l-validità u l-kredibilità tal-informazzjoni bl-użu ta' firxa ta' kriterji. Konxju tal-avvanzi ġodda fil-qasam tat-tfittix għall-informazzjoni, ħażna u ġbir. Kapaċi nissejvja l-informazzjoni misjuba fuq l-internet f'formati differenti. Kapaċi nuża s-servizzi tal-"Cloud Information Storage".

  • Ħolqien ta' kontenut
    • Użu bażiku

      Kapaċi nipproduċi kontenut diġitali sempliċi bl-użu ta' għodod diġitali (eż. test, tabelli, stampi, fajls tal-awdjo) f'minn tal-anqas format wieħed. Nista' nagħmel editjar bażiku ta' kontenut kreat minn ħaddieħor. Naf li l-kontenut jista' jkun kopert mid-drittijiet tal-awtur.Nista' napplika u nimmodifika funzjonijiet sempliċi, kif ukoll s-settings ta' softwer u applikazzjonijiet li nagħmel użu minnhom (eż. inbiddel is-settings programmati).

    • Użu indipendenti

      Kapaċi nipproduċi kontenut diġitali kumpless f'formati differenti (eż. test, tabelli, stampi, fajls tal-awdjo). Kapaċi nuża għodod/edituri sabiex nikrea paġni fuq l-internet jew blogs bl-użu ta' mudelli komuni (templates) (eż WordPress). Nista' napplika proċeduri bażiċi tal-ifformattjar (eż. ninkludi footnotes, grafika, tabelli) ta' kontenut ikkreat minni stess jew minn ħaddieħor. Naf kif nagħmel referenzi u nerġa' nagħmel użu minn kontenut kopert mid-drittijiet tal-awtur. Naf il-bażiku ta' lingwa ta' programmar. 

    • Użu profiċjenti

      Kapaċi nipproduċi u nimmodifika kontenut multimedjatiku kumpless f'formati differenti permezz ta' firxa ta' pjattaformi u għodod diġitali. Kapaċi nikrea paġni fuq l-Internet bl-użu ta' lingwa ta' programmar. Nista' nagħmel użu minn funzjonijiet ta' fformattjar avvanzati (mail merge, amalgamazzjoni ta' dokumenti b'format differenti, użu ta' formuli avvanzati, macros). Naf kif napplika liċenzji u d-drittijiet tal-awtur. Kapaċi nagħmel użu minn diversi lingwi ta' programmar. Naf kif infassal, nikrea, u nimmodifika databases permezz ta' għodda tal-kompjuter. 

  • Komunikazzjoni
    • Użu bażiku

      Kapaċi nikkomunika permezz ta' mowbajl, telefonija "Voice-over IP" (eż. Skype), posta elettronika (e-mail) jew chat - bl-użu ta' karatteristiċi bażiċi (eż. Messaġġi vokali (voice messaging) SMS, nibgħat u nirċievi e-mails, skambju ta' test). Kapaċi naqsam fajls u kontenut ieħor permezz ta' għodod sempliċi. Naf li kapaċi nuża teknoloġiji diġitali sabiex ninteraġixxi ma' servizzi varji (bħal gvernijiet, banek, u sptarijiet). Konxju tas-siti tan-networking soċjali u għodod ta' kollaborazzjoni onlajn. Konxju li ċertu regoli ta' komunikazzjoni japplikaw waqt l-użu tal-għodod diġitali (eż. meta nikkomunika, naqsam informazzjoni personali). 

    • Użu indipendenti

      Kapaċi nagħmel użu minn karatteristiċi ta' komunikazzjoni avvanzati (eż. l-użu tat-telefonija Voice-over IP u l-qsim ta' fajls). Kapaċi nuża għodod ta' kollaborazzjoni u kapaċi nikkontribwixxi għal, per eżempju, qsim ta' dokumenti/fajls li jkunu kreati minn xi persuna oħra. Nista' nuża xi karatteristiċi ta' servizzi onlajn (eż. servizzi pubbliċi, e-banking, u xiri onlajn). Ngħaddi u naqsam l-għarfien tiegħi ma' oħrajn onlajn (eż. permezz ta' siti ta' networking soċjali jew komunitajiet onlajn). Konxju u nuża r-regoli tal-komunikazzjoni onlajn ("netiquette"). 

    • Użu profiċjenti

      Nuża b'mod attiv firxa wiesgħa ta' għodod ta' komunikazzjoni (posta elettronika, chat, SMS, messaġġi istantanji, micro-blogs,siti ta' networks soċjali) għall-komunikazzjoni onlajn. Kapaċi noħloq u nimmaniġja kontenut permezz ta' għodod ta' kollaborazzjoni (eż. kalendarji elettroniċi, sistema ta' tmexxija ta' proġetti, proofing onlajn, spreadsheets onlajn). Nipparteċipa b'mod attiv fi spazji onlajn u nuża diversi servizzi onlajn (eż. servizzi pubbliċi, e-banking, xiri onlajn). Kapaċi nuża karatteristiċi ta' għodod ta' komunikazzjoni avvanzati 

  • Is-soluzzjoni ta' problemi
    • Użu bażiku

      Nista' nsib appoġġ u assistenza meta tinqala' problema teknika jew meta nkun qed nuża xi apparat, programm jew applikazzjoni ġdida. Naf kif insolvi xi problemi ta' rutina li jisgħu jinqalgħu (eż. biex jingħalaq programm, jerġa' jinxtgħel il-kompjuter, sabiex jiġi nstallat jew aġġornat xi programm, niċċekkja l-konnessjoni tal-internet). Naf li l-għodod diġitali jistgħu jgħinuni nsolvi l-problemi li jistgħu jinqalgħu. Minkejja dan konxju li dawn għandhom il-limitazzjonijiet tagħhom. Meta nkun ikkonfrontat b'xi problema teknika jew oħrajn li ma jkunux marbuta mat-teknoloġija, kapaċi nuża l-għodod diġitali sabiex insolvihom. Konxju li għandi bżonn naġġorna l-ħiliet diġitali tiegħi fuq bażi regolari. 

    • Użu indipendenti

      Kapaċi nsolvi ħafna mill-problemi li frekwentament jinqalgħu meta nagħmel użu mit-teknoloġija diġitali. Nista' nuża t-teknoloġija diġitali sabiex insolvi problemi (mhux teknoloġiċi) li jistgħu jinqalgħu. Nista' nagħżel dawk l-għodod diġitali li jirrispondu l-aktar għall-bżonnijiet tiegħi u kapaċi nevalwa l- effettività tagħhom. Kapaċi nsolvi problemi teknoloġiċi billi nesplora s-settings u l-lista ta' għażliet tal-programmi jew għodod. Regolarment naġġorna l-ħiliet diġitali tiegħi. Konxju tal-limitazzjonijiet tiegħi u nipprova naħdem sabiex nitgħallem dawk l-affarijiet li ma nafx. 

    • Użu profiċjenti

      Kapaċi nsolvi kważi kull problema li tista' tinqala' waqt l-użu tat-teknoloġija diġitali. Naf nagħżel l-aħjar għodod, apparat, applikazzjonijiet, softwer, u servizzi oħra sabiex insolvi problemi (mhux teknoloġiċi) li jistgħu jinqalgħu. Konxju tal-iżviluppi teknoloġiċi ġodda. Nifhem kif jaħdmu għodod ġodda. Regolarment naġġorna l-ħiliet diġitali tiegħi. 

  • Sigurtà
    • Użu bażiku

      Kapaċi nieħu miżuri bażiċi sabiex nipproteġi l-apparat tiegħi (eż. permezz ta' anti-viruses u passwords). Konxju li l-informazzjoni mhix kollha affidabbli. Konxju li l-kredenzjali tiegħi (l-username u l-password) jistgħu jiġu misruqa. Naf li m'għandix niżvela informazzjoni privata onlajn. Naf li l-użu tat-teknoloġija b'mod estensiv jista' jkollu effett fuq saħħti. Nieħu miżuri bażiċi sabiex niffranka l-enerġija. 

    • Użu indipendenti

      Installajt programmi ta' sigurtà fuq l-apparat li nuża sabiex ikolli aċċess għall-internet (eż. Antivirus, firewall). Nagħmel użu minn dawn il-programmi u naġġornahom fuq bażi regolari. Nagħmel użu minn passwords differenti meta jkolli aċċess u nuża tagħmir, apparat u servizzi diġitali. Perjodikament nieħu ħsieb inbiddel dawn il-passwords. Nista' nidentifika siti u messaġġi tal-e-mails frodulenti u qarrieqa. Nista' nidentifika messaġġi ta' "phishing". Kapaċi nsawwar identità diġitali u nżomm rekord tal-marka diġitali tiegħi. Nifhem ir-riskji tas-saħħa assoċjati mal-użu tat-teknoloġija diġitali (eż. ir-riskju ta' dipendenza). Nifhem l-impatt pożittiv u negattiv tat-teknoloġija fuq l-ambjent.

    • Użu profiċjenti

      Regolarment niċċekkja l-konfigurazzjoni tas-sigurtà u s-sistemi tal-apparat u/jew tal-applikazzjonijiet li nagħmel użu minnhom. Naf kif għandi nirreaġixxi jekk il-kompjuter jiġi nfettat minn xi virus. Nista' nipprogramma u nimmodifika l-firewall u s-settings tas-sigurtà tal-apparat diġitali tiegħi. Naf kif inbiddel e-mails u fajls f'dawk kriptati. Kapaċi napplika filtri għall-e-mails frodulenti u qarrieqa. Nagħmel użu raġonevoli minn teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex jiġu evitati problemi ta' saħħa (fiżika u psikoloġika).